Jekk intom koppja internazzjonali u tiddeċiedu li tisseparaw, jista' jkun li inti jew is-sieħeb/sieħba tiegħek tkunu tixtiequ li tmorru tgħixu f'pajjiż ieħor fl-Ewropa u jista' jkun li tkunu tixtiequ tieħdu lit-tfal tagħkom magħkom. nnHuwa importanti li tagħtu prijorità lid-drittijiet, il-benesseri u l-ħtiġijiet tat-tfal tagħkom l-ewwel. nnQabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar fejn se tmur tgħix int mat-tfal tiegħek, għandek tieqaf ... taħseb ... u tieħu parir mingħand avukat tal-familja speċjalizzat.nnJekk qed tippjana li tissetilja f'pajjiż ġdid, għandek tasal għal ftehim mas-sieħeb/sieħba tiegħek jew iġġib ordni mill-qorti qabel ma titlaq mill-pajjiż bit-tfal tiegħek.nnInkella jista' jitqies bħala Sekwestru tat-Tfal mill-Ġenituri u inti tkun qed tikser il-liġi.nnMingħajr permess jew ordni mill-qorti tista' tikkawża proċedura ġudizzjarja biex tirritorna lit-tfal tiegħek immedjatament lejn il-pajjiż fejn kienu jgħixu.nnInti tista' wkoll tiffaċċja proċeduri kriminali.nnHemm awtoritajiet ċentrali speċjalizzati f'kull pajjiż li jittrattaw it-tfal.nnBilli tieħu parir espert, tista' tevita sitwazzjoni potenzjalment stressanti, ta' ħsara u emozzjonalment ta' dwejjaq.nnKun żgur li l-istorja tiegħek ikollha tmiem hieni wkoll.
Ta' kuljum, il-konsumaturi fl-Ewropa kollha jixtru miljuni ta’ prodotti, u jeħduha bħala fatt li dawn il-prodotti huma sikuri.
Il-Kummissjoni Ewropea taħdem flimkien ma’ manifatturi, importaturi, bejjiegħa bl-imnut, esperti u 31 awtorità nazzjonali sabiex tiżgura li l-prodotti perikolużi jiġu identi
Hemm 500 miljun ruħ minn 27 pajjiż jgħixu fl-Unjoni Ewropea. Għandna d-dritt li ngħixu, naħdmu, nivvjaġġaw u nixtru minn kullimkien fl-Ewropa Kull sena nagħmlu aktar minn biljun vjaġġ minn pajjiż għal ieħor u 12-il miljun minna ngħixu f'pajjiż ieħor tal-UE. Imma kultant insibu xi jxekkel id-drittij
Intom waħda mill-ħafna koppji internazzjonali, li forsi tgħixu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħkom, tibbenefikaw mill-moviment liberu u l-opportunità li tistudjaw u taħdmu fl-UE?
Jekk tiddeċiedu li tisseparaw, jistgħu jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet. Huwa importanti li t-tfal tagħkom ikollhom re