Kustodja tat-tfal u drittijiet ta' żjara bejn il-fruntieri tal-UE
Intom waħda mill-ħafna koppji internazzjonali, li forsi tgħixu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħkom, tibbenefikaw mill-moviment liberu u l-opportunità li tistudjaw u taħdmu fl-UE?
Jekk tiddeċiedu li tisseparaw, jistgħu jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet. Huwa importanti li t-tfal tagħkom ikollhom relazzjoni personali u kuntatt regolari maż-żewġ ġenituri, li jista' jkun li ma jkunux għadhom jgħixu fl-istess pajjiż.
Billi titkellem mas-sieħeb/sieħba tiegħek, tkun tista' taqbel dwar aspetti importanti tal-kustodja bħal arranġamenti ta' fejn se jgħixu t-tfal tagħkom, il-finanzi, l-edukazzjoni u d-drittijiet ta' żjarat.
Jekk ikun hemm bżonn appoġġ addizzjonali sabiex jintlaħaq ftehim, tista' tavviċina medjatur espert, avukat tal-familja jew awtorità tal-benesseri tat-tfal tiegħek.
Jekk ma jirnexxilkomx tiftiehmu b'dan il-mod u jkollok bżonn tmur il-qorti, ir-regoli tal-UE se jgħinu biex jiġi ddeterminat liema qorti hija l-aħjar waħda biex tisma' l-każ tiegħek.
Ladarba l-qorti tieħu deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, l-infurzar tagħha se jkun aktar faċli fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.
Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar l-aħjar deċiżjoni għal kulħadd, żur is-sezzjoni tal-familja fil-portal Ewropew ġustizzja-e.
https://e-justice.europa.eu/content_child_custody_and_visiting_rights-310-mt.do
Ta' kuljum, il-konsumaturi fl-Ewropa kollha jixtru miljuni ta’ prodotti, u jeħduha bħala fatt li dawn il-prodotti huma sikuri.
Il-Kummissjoni Ewropea taħdem flimkien ma’ manifatturi, importaturi, bejjiegħa bl-imnut, esperti u 31 awtorità nazzjonali sabiex tiżgura li l-prodotti perikolużi jiġu identi
Hemm 500 miljun ruħ minn 27 pajjiż jgħixu fl-Unjoni Ewropea. Għandna d-dritt li ngħixu, naħdmu, nivvjaġġaw u nixtru minn kullimkien fl-Ewropa Kull sena nagħmlu aktar minn biljun vjaġġ minn pajjiż għal ieħor u 12-il miljun minna ngħixu f'pajjiż ieħor tal-UE. Imma kultant insibu xi jxekkel id-drittij
Jekk intom koppja internazzjonali u tiddeċiedu li tisseparaw, jista' jkun li inti jew is-sieħeb/sieħba tiegħek tkunu tixtiequ li tmorru tgħixu f'pajjiż ieħor fl-Ewropa u jista' jkun li tkunu tixtiequ tieħdu lit-tfal tagħkom magħkom. nnHuwa importanti li tagħtu prijorità lid-drittijiet, il-benesseri