Kustodja tat-tfal u drittijiet ta' żjara bejn il-fruntieri tal-UE

Intom waħda mill-ħafna koppji internazzjonali, li forsi tgħixu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħkom, tibbenefikaw mill-moviment liberu u l-opportunità li tistudjaw u taħdmu fl-UE? Jekk tiddeċiedu li tisseparaw, jistgħu jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet. Huwa importanti li t-tfal tagħkom ikollhom relazzjoni personali u kuntatt regolari maż-żewġ ġenituri, li jista' jkun li ma jkunux għadhom jgħixu fl-istess pajjiż. Billi titkellem mas-sieħeb/sieħba tiegħek, tkun tista' taqbel dwar aspetti importanti tal-kustodja bħal arranġamenti ta' fejn se jgħixu t-tfal tagħkom, il-finanzi, l-edukazzjoni u d-drittijiet ta' żjarat. Jekk ikun hemm bżonn appoġġ addizzjonali sabiex jintlaħaq ftehim, tista' tavviċina medjatur espert, avukat tal-familja jew awtorità tal-benesseri tat-tfal tiegħek. Jekk ma jirnexxilkomx tiftiehmu b'dan il-mod u jkollok bżonn tmur il-qorti, ir-regoli tal-UE se jgħinu biex jiġi ddeterminat liema qorti hija l-aħjar waħda biex tisma' l-każ tiegħek. Ladarba l-qorti tieħu deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, l-infurzar tagħha se jkun aktar faċli fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE. Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar l-aħjar deċiżjoni għal kulħadd, żur is-sezzjoni tal-familja fil-portal Ewropew ġustizzja-e. https://e-justice.europa.eu/content_child_custody_and_visiting_rights-310-mt.do

LicenseDefault alugha License

More videos by this producer